Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/12)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Tejarat (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla u Z. Burbeza, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u S. Cook, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, b’effett immedjat, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 208, p. 2).

Dispożittiv

Huma annulati safejn dawn jikkonċernaw lil Bank Tejarat:

il-punt I B 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;il-punt I B 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran; il-punt I B 105 tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010;il-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/35, għandhom jibqgħu inoltrati fir-ri

gward tal-Bank Tejarat sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 267/2012 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 709/2012.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

____________

1  Ġ