Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta Marzu 2015 – Deutsche Börse vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-175/12)1

(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Settur tal-instrumenti finanzjarji – Swieq Ewropej marbuta ma’ prodotti derivati – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni – Żieda fl-effiċjenza – Impenji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Börse AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Zschocke, J. Beninca u T. Schwarze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Bottka, N. Khan u B. Mongin, aġenti)

Parti konvenuti in sostenn tal-konvenuta: Icap Securities Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. T. Riis-Madsen, avukat, u S. Stephanou, solicitor)SuġġettL-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012)440, tal-1 ta’ Frar 2012, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.6166 – Deutsche Börse/NYSE Euronext).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Deutsche Börse AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Icap Securities Ltd.