Language of document : ECLI:EU:T:2015:148





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Marzu 2015 –

Deutsche Börse vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑175/12)

“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Settur tal-instrumenti finanzjarji – Swieq Ewropej marbuta ma’ prodotti derivati – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni – Żieda fl-effiċjenza – Impenji”

1.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Deċiżjoni fil-qasam tal-kontroll tal-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjonijiet – Motivi li espliċitament jikkontestaw kolonna waħda biss tar-raġunament – Natura effettiva – Kundizzjonijiet (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2(3)) (ara l-punti 46-48, 50, 52-57, 393, 394, 402-405)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 59)

3.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern – Eżami mill-Kummissjoni – Analiżi prospettiva – Oneru tal-prova – Obbligu għall-Kummissjoni li tibbaża ruħu fuq provi solidi (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikoli 2(3), u 8(3)) (ara l-punti 61-63)

4.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Eżami mill-Kummissjoni – Impenji tal-impriżi kkonċernati li jirrendu l-operazzjoni nnotifikata kompatibbli mas-suq intern – Obbligu għall-Kummissjoni li teżamina l-konċentrazzjoni kif emendata bl-impenji (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikoli 2(3), u 8(2) u (3)) (ara l-punti 64, 378)

5.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Eżami mill-Kummissjoni – Evalwazzjonijiet ta’ natura ekonomika – Setgħa diskrezzjonali ta’ evalwazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2) (ara l-punti 65-67)

6.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Eżami mill-Kummissjoni – Definizzjoni tas-suq inkwistjoni – Kriterji – Setgħa ta’ xiri li tikkostitwixxi pressjoni esterna fuq is-suq – Esklużjoni – Teħid inkunsiderazzjoni bħala fattur li jista’ jinnewtralizza l-effetti antikompetittivi (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03) (ara l-punt 126)

7.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Kriterji – Evalwazzjoni sħiħa – Evalwazzjoni bbażata fuq indizji – Obbligu li jiffavorixxu l-użu ta’ prova teknika – Assenza – Obbligu għall-Kummissjoni li twettaq analiżi kwantitattivi – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2) (ara l-punti 132-134)

8.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żidiet fl-effikaċja – Kriterji – Natura kumulattiva (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, premessa 29; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punti 76 sa 88) (ara l-punti 236-239, 275, 357)

9.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Natura provviżorja – Obbligu għall-Kummissjoni li tispjega fid-deċiżjoni finali d-differenzi eżistenti bejn din u l-evalwazzjonijiet provviżorji – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 18(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 802/2004, Artikolu 13(2)) (ara l-punti 247-251, 258, 344)

10.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kontenut neċessarju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Effett tal-konstatazzjoni, wara d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, tal-eżistenza ta’ problema ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni jew insuffiċjentement indikata f’din (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 18(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 802/2004, Artikolu 13(2)) (ara l-punt 252)

11.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żidiet fl-effikaċja – Kriterji – Natura verifikabbli – Prova – Obbligu li tiġi ppreżentata data li tista’ tiġi vverifikata b’mod indipendenti minn terzi – Obbligu li jiġu prodotti dokumenti qabel il-konċentrazzjoni – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punti 86 u 87) (ara l-punti 262, 275, 361-363, 372)

12.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żidiet fl-effikaċja – Kriterji – Vantaġġ għall-konsumaturi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-possibbiltà għall-partijiet ta’ konċentrazzjoni għall-irkupru ta’ żidiet fl-effikaċja – Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, premessa 29; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punti 79, 80 u 84) (ara l-punti 267-269, 273, 276)

13.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żidiet fl-effikaċja – Kriterji – Natura proprja tal-konċentrazzjoni – Żidiet fl-effikaċja li jistgħu jinkisbu permezz ta’ alternattivi inqas antikompetittivi – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004,  premessa 29; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punt 85) (ara l-punti 282, 285, 287)

14.                     Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kontenut neċessarju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Impriżi mqiegħda fil-pożizzjoni li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-fatti, l-oġġezzjonijiet u ċ-ċirkustanzi allegati mill-Kummissjoni – Indikazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-dritt għal smigħ – Obbligu ta’ komunikazzjoni fid-dettall tal-modalitajiet tal-qafas ta’ analiżi li għandhom jiġu implementati mill-Kummissjoni – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 18(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 802/2004, Artikolu 13(2)) (ara l-punti 309, 314)

15.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 354)

16.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Rekwiżit analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Ilmenti mhux ippreżentati fir-rikors – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 399, 409)

17.                     Proċedura ġudizzjarja – Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura – Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64(4)) (ara l-punt 417)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 440, tal-1 ta’ Frar 2012, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.6166 – Deutsche Börse/NYSE Euronext).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Börse AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Icap Securities Ltd.