Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Ottubru 2011 - Dufour vs BĊE

(Kawża T-436/09) 

("Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Databases tal-BĊE li servew għall-preparazzjoni tar-rapporti li jirrigwardaw ir-reklutaġġ u l-mobbiltà tal-persunal - Rifjut ta' aċċess - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kunċett ta' dokument - Rikors għad-danni − Natura prematura")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Julien Dufour (Jolivet, Franza) (rappreżentanti: I. Schoenacker Rossi u H. Djeyaramane, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment K. Laurinavicius u S. Lambrinoc, sussegwentement minn S. Lambrinoc u P. Embley, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u S. Juul Jørgensen, aġenti); ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: inizjalment J. Heliskoski, H. Leppo u M. Pere, sussegwentement minn J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, K. Petkovska u S. Johannesson, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, ikkomunikata lir-rikorrent permezz ta' ittra tal-President tal-BĊE tat-2 ta' Settembru 2009, li tiċħad talba mressqa mir-rikorrent sabiex jinkiseb l-aċċess għad-databases li servew ta' bażi għat-tfassil tar-rapporti tal-BĊE dwar ir-reklutaġġ u l-mobbiltà tal-persunal tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għall-kundanna tal-BĊE għall-għoti tad-databases inkwistjoni lir-rikorrent u, fl-aħħar nett, talba għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minnu minħabbba ċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal aċċess.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), ikkomunikata lil Julien Dufour b'ittra tal-President tal-BĊE tat-2 ta' Settembru 2009, hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Il-BĊE għandu jbati, apparti l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn J. Dufour.

4)    Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010.