Language of document : ECLI:EU:T:2011:23





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Frar 2011 – Oyster Cosmetics vs UASI – Kadabell (Oyster cosmetics)

(Kawża T-437/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Oyster cosmetics – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Kadus oystra AUTO STOP PROTECTION – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 51, 55)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1367/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kadabell GmbH & Co. KG u Oyster Cosmetics SpA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Oyster Cosmetics SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Oyster cosmetics, għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3791555

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Kadabell GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark figurattiva Kadus oystra AUTO STOP PROTECTION, għal prodotti fil‑klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Oyster Cosmetics SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.