Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2012 - Conrad Electronic vs UASI - Sky IP International (EuroSky)

(Kawża T-510/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Conrad Electronic SE (Hirschau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky IP International Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Settembru 2012, fil-Każ R 1183/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Eurosky" għal prodotti fil-klassi 9 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 539 896

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sky IP International Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali u figurattivi nazzjonali u Komunitarji "SKY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 18, 25, 28, 35, 36, 38, 41, 42, 43 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________