Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2012 - Advance Magazine Publishers vs UASI - Nanso Group (TEEN VOGUE)

(Kawża T-509/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Nanso Group Oy (Nokia, il-Finlandja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta' Settembru 2012, fil-Każ 147/2011-4 u tiċħad l-oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "TEEN VOGUE" għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3529476

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 126124 tat-trade mark verbali "VOGUE" għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 43934 għas-sinjal figurattiv "Vogue", għal prodotti fil-klassi 25; applikazzjoni għat-trade mark Finlandiża Nru T 199 803 628 għat-trade mark verbali "VOGUE", għal prodotti fil-klassi 25; trade name awżiljarju rreġistrat "VO Gue"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________