Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Nanso Group (TEEN VOGUE)

(Kawża T-509/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TEEN VOGUE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE – Ammissibbiltà – Klassifikazzjoni tat-talbiet – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Identiċità jew xebh tal-prodotti – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanso Group Oy (Nokia, il-Finlandja) (rappreżentant: M. Tuominen, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 147/2011-4), li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanso Group Oy u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Advance Magazine Publishers, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 26, 26.01.2013.