Language of document : ECLI:EU:T:2007:328





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Novembru 2007 – Omega vs UASI – Omega Engineering (Ω OMEGA)

(Kawża T-90/05)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva u verbali Ω OMEGA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti OMEGA – Raġuni relattiva għal rifjut – Invokazzjoni mill-applikant għat-trade mark Komunitarja ta’ trade mark nazzjonali identika għal dik li saret l-applikazzjoni għaliha u preċedenti għat-trade mark nazzjonali li abbażi tagħha saret l-oppożizzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 42-43, 50)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-10 ta’ Diċembru 2004 (Każ R 330/2002-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Omega Engineering, Inc. u Omega SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant tat-trade mark Komunitarja:

Omega SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva u verbali Ω OMEGA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 25, 28, 35, 37, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni Nru 225771

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Omega Engineering, Inc.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Trade marks verbali figurattivi nazzjonali OMEGA, MICROMEGA, OMEGA.COM, OMEGASOFT, OMEGANET, għal prodotti fil-klassijiet 1, 2, 6, 7, 8, 9, 11, 14, 16, 17, 18, 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni tal-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9 u 42 irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


1)

Dispożittiv

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Omega SA hija kkundannata għall-ispejjeż.