Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Novembru 2007 - Omega vs L-UASI - Omega Engineering (Ω OMEGA)

(Kawża T-90/05)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva u verbali Ω OMEGA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti OMEGA - Raġuni relattiva għar-rifjut - Applikant tat-trade mark Komunitarja jinvoka trade mark nazzjonali identika għal dik li saret applikazzjoni għaliha u preċedenti għat-trade mark nazzjonali opposta - Probabbiltà ta' konfużjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Omega SA (Bienne, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: inizjalment P. González-Bueno Catalán de Ocón u E. Armijo Chávarri, imbagħad P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Omega Engineering, Inc. (Stamford, Connecticut, L-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Algar, solicitor)

Suġġett tal-kawża

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-10 ta' Diċembru 2004 (Każ R 330/2002-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Omega Engineering, Inc. u Omega SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Omega SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 115, 14.05.2005.