Language of document :

Rikors ipprezentat fit-30 ta' Marzu 2007 - Aventis Pharma SA vs L-UASI - Altana Pharma (PRAZOL)

(Kawża T-95/07)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aventis Pharma SA (Antony, Franza) (irrappreżentata minn: R.Gilbey, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Altana Pharma AG (Konstanz, il-Ġermanja)

Talbiet

l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-8 ta' Frar 2007 (Każ R 302/2005-4) u l-konferma tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tas-26 ta' Jannar 2005;

li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern jiġi ordnat ibati l-ispejjeż ta' l-appellanti f'din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Altana Pharma AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali 'Prazol' għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni Nru 1 154 269

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokati in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark nazzjonali verbali 'PREZAL' għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u ċaħda ta' l-oppożizzjoni

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell naqas milli jqabbel it-trade marks b'mod globali billi jikkunsidra l-fatturi kollha rilevanti

____________