Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - EREF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-94/07)1

("Rikors għal annullament − Rappreżentazzjoni minn avukat li m'għandhux il-kwalità ta' terzi − Inammissibbiltà manifesta" )

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: D. Fouquet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Khan, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4963 finali, tal-24 ta' Ottubru 2006, dwar il-faċilità ta' kreditu mogħti minn konsorzju ta' banek internazzjonali u s-self bilaterali mogħti fil-kuntest tal-bini minn Framatome ANP ta' impjant nukleari f'Teollisuuden Voima Oy.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli

Il-European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

____________

1 - ĠU C 117, 29.5.2007.