Language of document : ECLI:EU:T:2012:263





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft vs UASI — Comercial Jacinto Parera (MAD)

(Kawża T-152/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva MAD — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti f’elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv — Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet għar-revoka — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Użu mit-trade mark f’forma li hija differenti f’elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 51(1)(a)) (ara l-punt 77)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 449/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH u Comercial Jacinto Parera, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TMS Trademark Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.