Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2011 - Vagba vs Il-Kunsill

(Kawża T-145/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gagbei Faussignaux Vagba (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentanti: G. Collard u L. Aliot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, Gagbei Faussignaux VAGBA, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta' Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma infondati,

bħala konsegwenza,

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011;

sussidjarjament, tordna li isem Gagbei Faussignaux VAGBA jitneħħa mil-listi annessi mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.

____________