Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 taʼ April 2013 - Höganäs vs UASI - Haynes (ASTALOY)

(Kawża T-505/10) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Trade mark Komunitarja verbali ASTALOY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti HASTELLOY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Koeżistenza ta' trade marksˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Höganäs AB (Höganäs, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haynes International, Inc. (Kokomo, Indiana, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Awwissu 2010 (Każ R 1530/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Haynes International, Inc. u Höganäs AB.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Höganäs AB hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.