Language of document : ECLI:EU:T:2008:114





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ April 2008 – Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. vs UASI – Pelikan (Rappreżentazzjoni ta’ pellikan)

(Kawża T-389/03)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta pellikan – Trade marks Komunitarji jew nazzjonali figurattivi preċedenti Pelikan – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 96, 98, 102-103, 106)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tat-18 ta’ Settembru 2003 (Każ R 191/2002-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG u Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. Co. Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva għal prodotti fil-klassijiet 1, 2 u 17 – Applikazzjoni Nru 1005826

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l‑oppożizzjoni:

Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Trade marks Komunitarji jew nazzjonali figurattivi Pelikan

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l‑Oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


1)

Dispożittiv

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Dainichiseika Colour & Chemicals Mfg. Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.