Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awissu 2013 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-419/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras, A. Valiente Martin, C. Maldonado Márquez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura;

il-Qorti Ġenerali qed tintalab ukoll, bħala miżura ta’ organizazzjoni tal-proċedura, tordna lill-Kummissjoni tipproduċi d-dokumenti li għalihom hija rrifjutat l-aċċess, sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ tanalizzahom u tivverifika l-eżattezza tal-argumenti esposti fir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Fi Frar tal-2013, l-Unión de Almacenistas de Hierro de España (UAHE) talbet li tingħata aċċess għal ċerti dokumenti tal-fajl li jinsab għand il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205). Konkretament, ir-rikorrenti talbet li tingħta aċċess għad-dokumenti u għall-ittri kollha skambjati bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni u l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri sanzjonatorji S-106/08, Almacenes de Hierro u S-254/10 Hierros Extremadura.

Wara l-ewwel estensjoni tat-terminu, sal-11 ta’ April 2013, il-Kummissjoni bagħtet lir-rikorrenti ittra li permezz tagħha:

a) tat aċċess għall-irċevuti li jikkonfermaw il-kunsinna ta’ ittri mibgħuta lill-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ żewġ proċeduri sanzjonatorji;

b) informat lir-rikorrenti bil-fatt li hija ma kellha l-ebda informazzjoni dwar dawn il-proċeduri u li l-informazzjoni fil-fajl li jinsab għandha kienet koperta mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).L-UAHE ikkonfermat it-talba tagħha u, wara l-ewwel estensjoni tat-terminu bi ħmistax il-ġurnata, il-Kummissjoni bagħtet ittra ġdida fit-18 ta’ Ġunju, fejn informat lir-rikorrenti li kienet qed testendi b’mod illimitat it-terminu ta’ risposta għat-talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti.Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il-Kummissjoni ma wettqitx analiżi konkreta u individwali tal-applikabbiltà tal-eċċezzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni għat-talbiet ta’ aċċess li huma s-suġġett ta’ din il-proċedura.It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-informazzjoni mitluba ma tinkludix elementi li jistgħu jippreġudikaw l-interessi kummerċjali ta’ terzi. L-informazzjoni kummerċjali inkwistjoni tista’ taffettwa, jekk ikun il-każ, l-interessi tar-rikorrenti nnifisha.It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tat-ti

elet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-kunċett ta’ investigazzjoni jirreferi biss għal investigazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet jew entitajiet Komunitarji, u fl-ebda każ għal investigazzjonijiet nazzjonali. Bara minn hekk, il-punti ta’ fatt li huma s

-suġġett taż-żewġ proċeduri huma preskritti.Ir-raba’ motiv ibbaż

at fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn, fir-rigward tad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni ma adottat ebda deċiżjoni, peress li l-atitudni tagħha hija purament passiva jew tikkonsisti fir-reċezzjoni ta’ dokumenti jew fil-formulazzjoni ta’ osservazzjonijiet. Min-naħa l-oħ

ra, u f’kull każ, l-eċċezzjoni invokata ma tgħoddx fir-rigward ta’ dokumenti interni.