Rikors ippreżentat fit-30 ta̕ Mejju 2013 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-295/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla il-korrezzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, il-korrezzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u l-korrezzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni ġenerali ESPO/AD/179/10, ippubblikati fil-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 82 A, tal-21 ta’ Marzu 2013.
konsegwentement, tannulla l-avviżi korretti.
tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili ta’ dawk diġà ċċitati fil-Kawża T-275/13, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni.