Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2013 – El Corte Inglés vs UASI - Azzedine Alaïa (ALIA)

(Kawża T-299/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Azzedine Alaïa (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Marzu 2013 fil-Każ R 819/2012-2;

tikkundanna kemm lill-UASI kif ukoll lil Azzedine Alaïa għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALIA” għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 788 999

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Azzedine Alaïa

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali internazzjonali “ALAÏA” u t-trade mark figurattiva Komunitarja “ALAÏA PARIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 16, 18, 20, 25 u 35 kif ukoll it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata “ALAÏA”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikoli 20(6) u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009