Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2013 – Adler Modemärkte vs UASI - Blufin (MARINE BLEU)

(Kawża T-296/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (Haibach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Blufin SpA (Carpi, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ April 2013 (Każ R 386/2012-2), għaliex ma hijiex konformi mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 40/94;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MARINE BLEU”, għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 637 193

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Blufin SpA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BLUMARINE” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94