Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 – Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/13 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha kif ukoll l-annullament tal-ħlasijiet fis-seħħ – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma del País Vasco; u Itelazpi, SA (Zamudio, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan u N. Ruiz García, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 3204 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

L-ispejjeż huma rriżervati.