Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ impriża – Attività ekonomika – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Natura selettiva – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) (rappreżentanti: M. Lorenzo Outón u P. Egerique Mosquera, avukati) (Kawża T-463/13); u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti F. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati) (Kawża T-464/13)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)Intervenjenta insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, kif ukoll fil-kawża T-463/13, V. Romero Algarra, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (minbarra Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Il-Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Retegal) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.

____________

1 ĠU C 304, 19.10.2013.