Language of document : ECLI:EU:T:2015:901





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il‑Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑463/13 u T‑464/13)

“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ impriża – Attività ekonomika – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Natura selettiva – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru u li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors ta’ awtorità reġjonali li tat l-imsemmija għajnuna – Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 36)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 37‑40)

3.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Destinatarji – Impriżi – Kunċett – Eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Tnedija, żamma u tħaddim tan-netwerk tat-televiżjoni diġitali terresti f’żoni remoti u inqas urbanizzati – Eżistenza ta’ suq – Assenza ta’ eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika – Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 53‑63)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Dħul ta’ fondi intiżi għat-titjib u għall-estensjoni tan-netwerk tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati – Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 67‑72)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fil-globalità tagħha – Ammissibbiltà (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 78, 136, 159)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Miżura ta’ benefiċċju għal operaturi li jużaw tip ta’ teknoloġija bl-esklużjoni ta’ operaturi li jużaw teknoloġiji oħrajn – Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 84, 85)

7.                     Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Settur tax-xandir – Determinazzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Distinzjoni bejn provvista ta’ servizz ta’ xandir u t-tħaddim tan-netwerk ta’ xandir – Ammissibbiltà (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 103, 104, 106, 107)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Evalwazzjoni libera tal-fatti u tal-provi (ara l-punt 109)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punti 119‑121)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punti 127, 128, 132)

11.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Komunikazzjoni dwar il-mogħdija għad-diġitali – Natura ġuridika – Regoli ta’ kondotta indikattivi li jimplikaw awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2003) 541 finali) (ara l-punt 142)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti – Esklużjoni (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE) (ara l-punt 146)

13.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 147)

14.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Interventi konsekuttivi tal-Istat li bejniethom jeżistu rabtiet indissoċjabbli – Evalwazzjoni tal-miżuri meħuda fit-totalità tagħhom – Ammissibbiltà (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 158, 159)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad‑19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (minbarra Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Il-Comunidad Autónoma de Galicia u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Retegal) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.