Language of document : ECLI:EU:T:2015:900





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas‑26 ta Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑465/13)

“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Għajnuna ġdida”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru u li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors ta’ awtorità reġjonali li tat l-imsemmija għajnuna – Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 34)

2.                     Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Preżentata ta’ rikors uniku u l-istess minn żewġ rikorrenti – Ammissibbiltà tar-rikors ta’ wieħed mir-rikorrenti – Ħtieġa li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-rikors fir-rigward tat-tieni rikorrent – Assenza (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 34)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sostnuti minn impriża – L-ewwel kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark – Obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar – Assenza ta’ impriża benefiċjarja effettivament responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku – Inklużjoni fil-kunċett (Artikoli 14 TFUE u 107(1) TFUE; Protokoll Nru 26 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 42, 50‑52, 54, 57, 61, 63, 64)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punt 62)

5.                     Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Settur tax-xandir – Determinazzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Distinzjoni bejn provvista tas-servizz ta’ xandir u t-tħaddim tan-netwerks ta’ xandir – Ammissibbiltà (Artikolu 107(1) TFUE; Protokoll Nru 29 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 67, 68, 70, 71)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Evalwazzjoni libera tal-fatti u tal-provi (ara l-punt 72)

7.                     Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Settur tax-xandir – Definizzjoni ta’ servizz ta’ tħaddim ta’ netwerks bħala servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika (Artikoli 107(1) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 78‑80)

8.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 86)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punti 97, 98, 103)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Komunikazzjoni dwar il-mogħdija għad-diġitali – Natura ġuridika – Regoli ta’ kondotta indikattivi li jimplikaw restrizzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni minnha stess (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2003) 541 finali) (ara l-punt 101)

11.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punti 106, 108, 109)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li tagħti l-għajnuna u fuq il-benefiċjarju potenzjali tal-għajnuna (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 110)

13.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti – Esklużjoni (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE) (ara l-punt 111)

14.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Interventi konsekuttivi tal-Istat li bejniethom jeżistu rabtiet indissoċjabbli – Evalwazzjoni tal-miżuri kollha meħuda – Ammissibbiltà (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 115, 116)

15.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Miżura li timmodifika skema ta’ għajnuna eżistenti – Modifika li taffettwa s-sustanza tas-sistema – Klassifikazzjoni tas-sistema bħala għajnuna ġdida (Artikolu 108(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru 794/2004, Artikolu 4(1)) (ara l-punti 128‑132)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad‑19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Comunidad Autónoma de Cataluña u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.