Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-208/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Portugall u ta’ Spanja – Klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq Iberiku inserita fil-kuntratt għax-xiri minn Telefónica tas-sehem ta’ Portugal Telecom fl-operatur Brażiljan ta’ telefonija mobbli Vivo – Protezzjoni legali ‘sa fejn awtorizzat mil-liġi’ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur skont is suġġett – Restrizzjoni aċċessorja – Kompetizzjoni potenzjali – Ksur skont l-effetti – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Talba għas-smigħ tax-xhieda”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portugal Telecom SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz u R. Bordalo Junqueiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, C. Urraca Caviedes u T. Christoforou, sussegwentement C. Giolito, C. Urraca Caviedes u P. Costa de Oliveira, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis fil-multa.

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 306 finali, tat-23 ta’ Jannar 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ COMP/39.839 – Telefónica vs Portugal Telecom), huwa annullat sa fejn jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Portugal Telecom SGPS, SA għal EUR 12 290 000, peress li dan l-ammont ġie ffissat abbażi tal-valur tal-bejgħ stmat mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Portugal Telecom SGPS għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż ta’ Portugal Telecom SGPS.

____________

1 ĠU C 164, 08.06.2013.