Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Frar 2012 - Hartmann-Lamboy vs UASI - Diptyque (DYNIQUE)
(Kawża T-305/10)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni- Applikazzjoni għat-trade mark Kommunitarja verbali DYNIQUE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DIPTYQUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni- Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru. 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marlies Hartmann-Lamboy (Westerburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Loos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement minn G. Schneider, aġenti)
Parti oħra quddiem il Bord tal Appel tal-UASI: Diptyque SAS (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Mejju 2010 (Każ R 1217/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Diptyque SAS u Marlies Hartmann-Lamboy.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Marlies Hartmann-Lamboy hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 288, 23.10.2010, p. 41