Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2011 - Akhras vs Il-Kunsill

(Kawża T-579/11 R)

("Miżuri provviżorji - Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tarif Akhras (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: S. Ashley u S. Millar, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għal miżuri provviżorji u għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta' Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 878/2011, tat-2 ta' Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni 2011/628/PESK, tat-23 ta' Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17) u tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 1011/2011, tat-13 ta' Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 269, p. 18), sa fejn dawn it-testi jsemmu lir-rikorrent.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________