Language of document : ECLI:EU:T:2011:729





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2011 – Akhars vs Il-Kunsill

(Kawża T-579/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza – Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14-18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Rabta kawżali bejn id-dannu allegat u l-att ikkontestat - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 27, 28, 36-38)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Kundizzjonijiet kumulattivi (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 40, 41)

Suġġett

Essenzjalment, talba għal miżuri provviżorji u għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-Deċiżjoni 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17) u tar-Regolament (UE) tal-Kunsill Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 269, p. 18), sa fejn dawn it-testi jsemmu lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.