Language of document : ECLI:EU:T:2013:24





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Solar-Fabrik vs UASI (Premium XL u Premium L)

(Kawżi T-582/11 u T-583/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali Premium XL u Premium L — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 13-15)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks verbali Premium XL u Premium L (Regolament tal-Kunsill 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17-22)

3.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 31)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Settembru 2011 (rispettivament Każ R 245/2011‑1 u Każ R 246/2011‑1), li jikkonċernaw applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni rispettivament tas-sinjal verbali Premium XL u tas-sinjal verbali Premium L bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑582/11 u T‑583/11 ġew magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Solar-Fabrik AG für Produktion und Vertrieb von solartechnischen Produkten hija kkundannata għall-ispejjeż.