Language of document : ECLI:EU:T:2013:553





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Dimian vs UASI – Bayer Design Fritz Bayer (Baby Bambolina)

(Kawża T‑581/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva Baby Bambolina — Trade mark nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata Bambolina — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma huwiex biss lokali — Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Kundizzjonijiet — Portata lokali tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 23-25)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Kundizzjonijiet — Użu fil-kummerċ tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 23, 29, 30)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ dritt preċedenti stabbilit fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 — Trade mark figurattiva Baby Bambolina u trade mark verbali Bambolina (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4) u 53(1)(c)) (ara l-punt 73)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1822/2010‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dimian AG u Bayer Design Fritz Bayer GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dimian AG hija kkundannata għall-ispejjeż.