Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Akhras vs Il-Kunsill

(Kawża T-579/11)1

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża –Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-ħajja – Dritt għall-proprjetà – Dritt għar-rispett tal-privatezza - Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tarif Akhras (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: S. Ashley, S. Millar, S. Jeffrey, A. Irvine, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Bishop, F. Naert u M.-M. Joséphidès, sussegwentement minn M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Paasivirta u F. Castillo de la Torre, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni 2011/522/PESC tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L  228, p. 16), tar-Regolament (UE) Nru 878/2011 tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011 li emenda r-Regolament Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-deċiżjoni 2011/628PESC tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 247, p. 17), tar-Regolament (UE) Nru 1011/2011 tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2011, li emenda r-Regolament Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), tad-deċiżjoni 2011/782/PESC tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat id-deċiżjoni 2011/273/PESC (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2012/172PESC tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2012, li implimentat id-deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 87, p. 103), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 266/2012 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Marzu 2012. li implimentat id-deċiżjoni 2012/739/PESC tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat id-deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p.21), tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2013/185/PESC tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2013, li implimentat d-deċiżjoni 2012/739 (ĠU L 111, p. 77), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 363/2013 tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2013, li implimentat ir-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p 1) tad-deċiżjoni 2013/255/PESC tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, p. 14), tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2014/730/PESC tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li implimentat id-deċiżjoni ta; implimentazzjoni 2013/255 (ĠU L 301, p. 36) u tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2014 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li implimentat ir-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 301, p. 7) dment li tali atti jikkonċernaw ir-rikorrentDispożittivId-deċiżjoni 2011/522/PESC tal-Kunsill , tat-2 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, ir-Regolament (UE) Nru 878/2011 tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011 li emendat ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-deċiżjoni 2011/628/PESC tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESC dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2011 tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li emenda ir-Regolament (UE) Nru: 442/2011 miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-deċiżjoni 2011/782/PESC tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011 miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li abrogat id-deċiżjoni2011/273/PESC, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar2012, miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li abrogat ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, għandhom jiġu annullati safejn dawn l-atti jikkonċerenaw lil Tarif Akhras.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati s-spejjeż tagħha stess fil-kuntest tal-proċedura preżenti.Tarif Akhras għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura riferita.