Language of document : ECLI:EU:T:2015:97





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 —
Akhras vs Il-Kunsill

(Kawża T‑579/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-ħajja — Dritt għall-proprjetà — Dritt għar-rispett tal-privatezza — Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament — Kompetenza tal- qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 50, 51)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-Reġim Sirjan — Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf tal-individwu — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja — Deskrizzjoni, mingħajr prova, tar-rikorrent bħala l-fundatur ta’ grupp industrijali li jipprovdi appoġġ ekonomiku lir-reġim — Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK u 2011/522/PESK) (ara l-punti 57-71)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra — Portata — Komunikazzjoni lir-rikorrent permezz ta’ publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà (Artikolu 6(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2(a) u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK u 2013/255/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012) (ara l-punti 76-83, 89)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja —Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Dritt suġġett għal talba f’dan is-sens lill-Kunsill (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, Artikolu 21(2) u (3), u 2013/255/PESK, Artikolu 30(2) u (3); Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012, Artikolu 32(2) u (3)) (ara l-punti 92, 93)

5.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-reġim Sirjan — Sistema ta’ provi — Użu ta’ preżunzjonijiet — Ammissibbiltà — Natura konfutabbli — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Assenza (Artikolu 6(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK u 2011/782/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 36/2012] (ara l-punti 112-115, 126)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-Reġim Sirjan — Komunikazzjoni tal-provi kontra — Limiti — Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri fit-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, it-tieni u t-tielet premessi) (ara l-punt 115)

7.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet ‑ Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-Reġim Sirjan ‑ Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK u 2011/782/PESK; Regolament tal-Kunsill 36/2012) (ara l-punti 125, 134)

8.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet u organi assoċjati mar-Reġim Sirjan — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi —Restrizzjonjijiet fuq id-dritt ghall-proprjetà u fuq id-dritt għar-rispett tal-privatezza — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 17; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK u 2011/782/PESK; Regolament tal-Kunsill 36/2012) (ara l-punti 143-153)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni 2011/522/PESK tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011, li emendat id-deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tar-Regolament (UE) Nru 878/2011 tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), tad-deċiżjoni 2011/628/PESK tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17), tar-Regolament (UE) Nru 1011/2011 tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), tad-deċiżjoni 2011/782/PESK tal-Kunsill, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2012/172/PESK tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 87, p. 103), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 266/2012 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 87, p. 45), tad-Deċiżjoni 2012/739/PESK tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li tħassar id-deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21), tad-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2013/185/PESK tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2013, li timplimenta d-deċiżjoni 2012/739 (ĠU L 111, p. 77), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 363/2013 tal-Kunsill, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 111, p 1), tad-deċiżjoni 2013/255/PESK tal-Kunsill, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), tad-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni 2014/730/PESK tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-deċiżjoni ta’ 2013/255 (ĠU L 301, p. 36), u tar-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2014 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (ĠU L 301, p. 7) sa fejn tali atti jikkonċernaw ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni 2011/522/PESK tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ir-Regolament (UE) Nru 878/2011 tal-Kunsill, tat-2 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-deċiżjoni 2011/628/PESK tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2011 tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-deċiżjoni 2011/782/PESK tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tassar id-deċiżjoni 2011/273/PESK, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li tħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Tarif Akhras.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati s-spejjeż tagħha stess fil-kuntest tal-proċedura preżenti.

4)

Tarif Akhras għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji.