Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 – Philips Lighting Poland u Philips Lighting vs Il-Kunsill

(Kawża T-469/07) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Vjetnam, mill-Pakistan u mill-Filippini – Skadenza ta’ miżuri antidumping – Eżami mill-ġdid – Artikolu 4(1), Artikolu 5(4), u Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikolu 4(1), Artikolu 5(4), u Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] – Kunċett ta’ industrija Komunitarja – Determinazzjoni tal-ħsara – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philips Lighting Poland S.A. (Pila, il-Polonja); u Philips Lighting BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Gambardella u V. Villante, avukati); u GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Osram GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bierwagen, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet ta’ l-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (ĠU L 272, p. 1)

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Philips Lighting Poland S.A. u Philips Lighting BV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ dan tal-aħħar marbuta mal-interventi ta’ Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd u ta’ GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt (GE Hungary Zrt), u l-ispejjeż ta’ Osram GmbH.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

4)    Hangzhou Duralamp Electronics u GE Hungary għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll l-ispejjeż tal-Kunsill marbuta mal-intervent tagħhom.

____________

1 ĠU C 51, 23.02.2008.