Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Marzu 2008 - Du Pont de Nemours (Franza) et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-467/07 R)

("Proċedura għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/114/KEE - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Du Pont de Nemours (Franza) SAS (Puteaux, Franza); Du Pont Portugal - Serviços, Sociedada Unipessoal, Lda (Lisbona, il-Portugal); Du Pont Ibérica, SL (Barcelona, Spanja); E. I. du Pont de Nemours & Co. USA (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); Du Pont de Nemours Italiana Srl (Milan, l-Italja); Du Pont De Nemours (Nederland) BV (Dordrecht, l-Olanda); Du Pont de Nemours (Deutschland) GmbH (Bad Homburg von der Höhe, il-Ġermanja); DuPont Poland sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja); DuPont Romania Srl (Bucarest, ir-Rumanija); DuPont International Operations SARL (Grand-Saconnex, l-Iżvezja); Du Pont de Nemours International SA (Grand-Saconnex); DuPont Solutions (France) SAS (Puteaux); Dy-Pont Agkro Ellas AE (Halandri, il-Grecja) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u I. Antypas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/628/KE, tad-19 ta' Settembru 2007, dwar in-non inklużjoni ta' methomyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 255, p. 40), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________