Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2011 - Mega Brands vs UASI - Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-604/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 1695/2010-4 u tiċħad l-Oppożizzjoni Nru B 1383639; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad "MAGNEXT", għal prodotti fi klassi 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6588991

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni fi Spanja, bin-numru 2550099, tat-trade mark verbali "MAGNET 4", għal prodotti fil-klassi 28; reġistrazzjoni Komunitarja Nru 3840121 tat-trade mark figurattiva bil-blu u bl-abjad "Diset Magnetics", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________