Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 – Mega Brands vs UASI – Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-604/11 u T-292/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattiva MAGNEXT u verbali MAGNEXT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) [rappreżentanti: A. Nordemann, avukat (Kawża T-604/11) u T Boddien, avukat (Kawża T-292/12)]

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1695/2010-4) u tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 1722/2011-4), dwar żewġ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset, SA u Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-604/11 u T-292/12 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

Fil-Kawża T-604/11, id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1695/2010-4) hija annullata.

Fil-Kawża T-604/11, il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Fil-Kawża T-292/12, ir-rikors huwa miċħud.

Fil-Kawża T-604/11, l-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.

Fil-Kawża T-292/12, Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.

____________

1     ĠU C 32, 04.02.2012.