Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2011 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/09 P) 1

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leġiżlazzjoni dwar il-kopertura tar-riskji ta' inċidenti u ta' mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta' rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta' marda - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u pazjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: L. Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-20 ta' Lulju 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-86/07, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.

L. Marcuccio huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-appell.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009.