Language of document : ECLI:EU:T:2014:254

Kawża T‑406/09

Donau Chemie AG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni fil-proċedura amministrattiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trattament ugwali — Proporzjonalità — Kapaċità kontributtiva”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014

1.      Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikolu 253 KE)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata

(Artikoli 81 KE u 253 KE)

3.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa — Effett — Isuġġettar għal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Esklużjoni — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

4.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Evalwazzjoni — Implementazzjoni tal-ksur — Impatt konkret fuq is-suq — Kriterji distinti

(Artikolu 81 KE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 22)

5.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Emenda tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

6.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Evalwazzjoni — Evalwazzjoni każ b’każ — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ kriterji mhux espressament imsemmija mil-linji gwida deċiżi mill-Kummissjoni

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

7.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Evalwazzjoni — Prijorità tal-aspett intenzjonali tal-aġir fuq l-effetti tiegħu

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

8.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità u tul tal-ksur — Ksur imwettaq minn diversi impriżi — Gravità li għandha titqies individwalment

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))

9.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Gravità tal-parteċipazzjoni ta’ kull impriża — Distinzjoni

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

10.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Impriża li aderixxiet ma’ akkordju taħt l-effett ta’ pressjonijiet — Assenza ta’ effett — Assenza ta’ ċirkustanza attenwanti

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))

12.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kapaċità kontributtiva mnaqqsa ta’ impriża — Kunċett — Impriża ta’ daqs iżgħar meta mqabbla ma’ parteċipanti oħra fl-akkordju — Esklużjoni

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

13.    Kompetizzjoni — Multi — Impożizzjoni — Neċessità li l-impriża tkun ibbenefikat mill-ksur — Assenza — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ineżistenza ta’ benefiċċju — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

14.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni tal-impriża inkriminata lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-klemenza — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-fatti mill-impriża kkonċernata — Limiti

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

15.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Stabbiliment ta’ programm ta’ armonizzazzjoni għall-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni mhux obbligatorju

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Avviż tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

16.    Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Twettiq b’mod deliberat jew b’negliġenza — Kunċett

(Artikolu 81 KE)

17.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kundizzjoni finanzjarja ħażina tas-settur inkwistjoni — Esklużjoni

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

18.    Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentazzjoni tardiva tal-offerti ta’ provi — Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1))

19.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Impriża li pparteċipat f’diversi partijiet ta’ ksur u li ppreżentat provi biss għal waħda minn dawn il-partijiet — Teħid inkunsiderazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ din l-impriża f’parti oħra ta’ ksur — Inammissibbiltà

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Avviż tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

20.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Attitudni tal-impriża matul il-proċedura amministrattiva — Attitudni li għandha tiffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni

(Artikolu 81 KE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

21.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa — Żieda speċifika għall-impriżi li għandhom dħul mill-bejgħ partikolarment għoli — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punt 30)

22.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Obbligu li tiġi imposta multa strettament proporzjonali għall-profitti magħmula mill-impriża fis-swieq ikkonċernati — Assenza

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

23.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Multa imposta fuq impriża ta’ daqs żgħir jew medju — Multa li tirrappreżenta perċentwali qrib ħafna tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali tagħha — Perċentwali superjuri għal dik imposta fuq parteċipanti oħrajn fl-akkordju — Ksur, minħabba dan il-fatt waħdu, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))

24.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità — Għoti ta’ tnaqqis fil-multa fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari ta’ impriża, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskju ta’ multa sproporzjonata — Linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tinjorahom — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 37)

25.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja defiċitarja tal-impriża kkonċernata — Assenza — Kapaċità kontributtiva reali tal-impriża f’kuntest soċjali u ekonomiku partikolari — Teħid inkunsiderazzjoni — Kundizzjonijiet

(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35)

26.    Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tinjoraha — Kundizzjonijiet

(Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 28)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 29, 30, 120)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 58-60, 222, 306-310)

4.      Fil-kuntest ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq impriża, teżisti kemm distinzjoni bejn il-kriterju dwar l-implementazzjoni jew le tal-ksur u dak li jirrigwarda l-impatt konkret tiegħu fuq is-suq. Fir-rigward ta’ ksur li jammonta għal qsim ta’ swieq, iffissar ta’ kwoti, tqassim ta’ klijenti, iffissar tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva, l-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ kriterji għandha titqies li ġiet sodisfatta jekk huwa muri li dak li kien ġie miftiehem bejn il-parteċipanti f’akkordju ġie effettivament implementat fil-prattika kummerċjali tagħhom, jiġifieri li l-membri tal-akkordju ħadu miżuri sabiex japplikaw, pereżempju, il-prezzijiet miftiehma, billi annunċjawhom lill-klijenti, billi taw lill-impjegati tagħhom l-istruzzjoni li jużawhom bħala bażi ta’ negozjati u billi jissorveljaw l-applikazzjoni tagħhom mill-kompetituri tagħhom u s-servizzi tagħhom ta’ bejgħ.

Għal dak li jirrigwarda l-kriterju dwar l-impatt konkret ta’ ksur fis-suq, dan iqajjem id-domanda dwar l-effett reali tal-ksur implementat fuq il-funzjonament tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat. Għalkemm, ċertament, l-implementazzjoni tal-ksur jammonta għal element rilevanti li, hekk kif jirriżulta miċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, jista’ jirriżulta suffiċjenti sabiex wieħed jikkonkludi li l-ksur inkwistjoni kellu impatt konkret fuq is-suq, xorta jibqa’ l-fatt li l-implementazzjoni ta’ ftehim ma jimplikax neċessarjament li jipproduċi effetti reali. Il-kriterji bbażati, rispettivament, fuq l-implementazzjoni jew le tal-ksur u tal-impatt konkret tiegħu fuq is-suq huma b’hekk distinti sew u ma jkunx preżunt li, f’każ li l-ewwel wieħed jiġi sodisfatt, it-tieni jkun ukoll awtomatikament sodisfatt.

(ara l-punti 69, 70)

5.      Għalkemm il-Kummissjoni ma tistax titbiegħed mir-regoli li hija stess imponiet, sakemm ma tagħtix raġunijiet li huma kompatibbli mal-prinċipju ta’ trattament ugwali, hija minn naħa l-oħra libera li tbiddel dawn ir-regoli jew li tissostitwixxihom. F’każ li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ġodda, ma jistax jiġi lmentat li l-Kummissjoni ma analizzatx, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-gravità tal-ksur, kriterju mhux previst minn dawn ir-regoli ġodda, għar-raġuni biss li l-analiżi tagħha kienet prevista f’dawk antiki.

(ara l-punti 74, 87, 150-152, 175)

6.      Il-gravità tal-ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għandha tkun stabbilita abbażi ta’ numru kbir ta’ elementi, bħaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multi, u dan mingħajr ma tkun ġiet stabbilita lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati b’mod obbligatorju. Il-fatt li l-Kummissjoni ppreċiżat, bil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 l-approċċ tagħha fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-gravità ta’ ksur ma jipprekludix li hija tevalwa din tal-aħħar b’mod ġenerali abbażi taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tal-każ preżenti, inklużi elementi li ma humiex speċifikament imsemmija fil-linji gwida.

Il-fatt li dawn il-linji gwida ma jipprovdux speċifikament, għall-finijiet tal-istabbiliment tal-gravità tal-ksur fid-dawl tal-iffissar tal-ammont bażiku tal-multa, l-analiżi tal-impatt konkret tal-ksur fis-suq ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli teżamina wkoll dan il-fattur. Madankollu, rikorrenti ma tistax, insostenn tal-allegazzjonijiet tagħha bil-għan li tikkontesta l-ammont tal-multa imposta fuqha għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, tikkuntenta ruħha li ssostni li l-Kummissjoni kellha tanalizza, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, fattur wieħed jew l-ieħor li l-analiżi tiegħu ma kienx previst fil-linji gwida. Xorta huwa neċessarju li jintwera kif din l-analiżi tkun bidlet l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur meqjus mill-Kummissjoni u tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ multa inqas għolja.

(ara l-punti 76-78)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 81)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 92, 138)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 93, 95, 115, 117, 127)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 108, 143, 144)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 110)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 112)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 145)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 154)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 162, 166, 169)

16.    Sabiex ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jkun jista’ jitqies li twettaq b’mod deliberat u mhux b’mod negliġenti, ma huwiex neċessarju li l-impriża kkonċernata tkun taf li qed tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni; huwa suffiċjenti li hija ma setgħetx tinjora li l-kondotta tagħha kellha bħala għan li tikser il-kompetizzjoni fis-suq komuni. B’hekk jirriżulta li l-konoxxenza, mill-persuni responsabbli ta’ impriża, tal-kontenut eżatt tar-regoli msemmija, li tista’ tinkiseb sussegwentement għal programm ta’ formazzjoni u tal-konformità, ma hijiex prerekwiżit neċessarju għall-konstatazzjoni ta’ ksur għal imsemmija regoli. Għall-kuntrarju, minkejja n-nuqqas ta’ tali konoxxenza, huwa possibbli li jiġi kkonstatat ksur għall-imsemmija regoli mwettaq, mhux biss b’negliġenza, iżda wkoll b’mod deliberat.

(ara l-punt 171)

17.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 175)

18.    Il-preżentazzjoni tal-offerti ta’ prova wara l-kontroreplika tibqa’ possibbli fil-każ fejn l-awtur tal-offerta ma setax, qabel it-tmiem tal-proċedura bil-miktub, ikollu l-provi inkwistjoni jew jekk it-tressiq tard mill-avversarju tiegħu jiġġustifika li l-fajl ikun komplet b’mod li jiżgura l-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju. Fir-rigward ta’ eċċezzjoni għar-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni tal-offerti tal-prova, l-Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jimponi fuq il-partijiet li jimmotivaw id-dewmien fil-preżentazzjoni tal-offerti tagħhom tal-prova. Tali obbligu jimplika li jkunu rikonoxxuti lill-qorti s-setgħa ta’ stħarriġ dwar il-fondatezza tal-motivazzjoni tad-dewmien għat-tressiq ta’ dawn l-offerti ta’ prova u, skont il-każ, il-kontenut ta’ dawn tal-aħħar kif ukoll, jekk it-talba ma tkunx fondata b’mod suffiċjenti skont il-liġi, is-setgħa li tiċħadhom. A fortiori, l-istess japplika għal dak li jirrigwarda l-offerti tal-prova ppreżentati wara l-preżentata tal-kontroreplika.

(ara l-punt 212)

19.    Għall-finijiet tal-istabbiliment tar-rata ta’ tnaqqis xierqa li għandha tiġi applikata fuq l-ammont ta’ multa li għandha tiġi imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, bil-għan li impriża tiġi rrikompensata għall-kooperazzjoni tagħha fil-proċedura ta’ konstatazzjoni tal-ksur imsemmi, ma għandux jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-multa tissanzjona l-parteċipazzjoni ta’ din l-impriża mhux biss fil-parti tal-ksur li għaliha din kienet forniet prova ta’ valur miżjud sinjifikattiv, iżda wkoll għal parti oħra tal-istess ksur, li għaliha hija ma kinitx forniet tali elementi.

(ara l-punt 229)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 233)

21.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 250)

22.    Fil-kuntest ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq impriża, għalkemm il-qligħ li l-impriża kkonċernata setgħet tikseb mill-ksur u, b’mod iktar ġenerali, il-qligħ li hija kisbet fis-swieq ikkonċernati mill-ksur jammontaw għal element, fost oħrajn, li jista’ jiġi kkunsidrat għall-finijiet tal-istabbiliment tal-ammont tal-multa, ma jeżisti l-ebda obbligu, għall-Kummissjoni jew għall-qorti tal-Unjoni meta teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fil-qasam tal-multi, li tiżgura ruħha li dan l-ammont ikun direttament proporzjonali għall-qligħ imwettaq mill-impriża inkwistjoni fis-swieq ikkonċernati, jew li ma jeċċeduhomx.

(ara l-punt 258)

23.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(cf. point 259)

24.    Fil-kuntest ta’ proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, fl-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq impriża, il-limitu massimu ta’ 10 % relattiv għad-dħul mill-bejgħ tagħha, iffissat mill-Artikolu 23(2), tar-Regolament Nru 1/2003, għandu l-għan li jevita li l-multi imposti mill-Kummissjoni ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tad-daqs tal-impriża. Issa, dan il-limitu massimu ma huwiex suffiċjenti sabiex jiġi evitat il-karattru eventwalment sproporzjonat tal-multa imposta fil-każ ta’ negozjant attiv fil-kummerċ tal-materjali ta’ valur għoli b’marġni ta’ qligħ imnaqqas.

(ara l-punti 266-269, 271, 309, 310)

25.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 285-290, 299)

26.    Il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, jistabbilixxu regola ta’ kondotta indikattiva tal-prattika li għandha tiġi segwita li l-amministrazzjoni ma tistax tinjora, f’każ partikolari, mingħajr ma tagħti raġunijiet li huma kompatibbli mal-prinċipju ta’ trattament ugwali. Konsegwentement, ma jkunx eskluż li, f’każ partikolari, il-Kummissjoni tkun obbligata titbiegħed mil-linji gwida tagħha stess, bil-kundizzjoni li tagħti raġunijiet kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt li hija għandha tirrispetta fl-istabbiliment tal-ammont tal-multa, inkluż, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Fil-fatt, b’mod konformi mal-ġerarkija tar-regoli, istituzzjoni tal-Unjoni ma tkunx, permezz ta’ regola interna ta’ kondotta li hija timponi, totalment irrinunzjat għall-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali mogħtija lilha permezz ta’ dispożizzjoni bħal, fil-każ preżenti, l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003.

(ara l-punti 306, 307)