Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ottubru 2009 - Deutsche Bahn vs UASI (Taqħqid tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-405/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-23 ta' Lulju 2009, fil-każ R 372/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark li tikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, għal servizzi fil-klassi 39 (Applikazzjoni Nru 6 735 401)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: fl-evalwazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, l-Uffiċċju konvenut applika kriterju mhux konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza; b'mod partikolari, ġie injorat il-fatt li, fil-każ ta' applikazzjoni għal trade mark bil-kuluri għal servizzi, għandu jiġi applikat kriterju differenti minn dak applikat fir-rigward ta' applikazzjoni għal prodotti

____________