Language of document :

Appell ippreżentat fis-7 ta' Ottubru 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fl-20 ta' Lulju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-86/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/09 P)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummisssjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

-    fi kwalunkwe każ: tannula in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet appellat.

-    tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza li fir-rigward tiegħu ingħata d-digriet

appellat, kien perfettament ammissibbli in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

-    prinċipalment: tilqa' in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni il-petitum tar-rikorrent

fir-rikors fl-ewwel istanza.

-    tikkundanna lill-konvenuta li tirrifondi lir-rikorrent l-ispejjeż, id-drittijiet u

l-onorarji tal-istess rikorrent sostnuti kemm għas-sentenza tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta' dan l-appell..

-    alternattivament: tirrinvija l-kawża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) fl-20 ta' Lulju 2009, mogħti fil-Kawża F-86/07. Dan id-digriet ċaħad parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat, rikors intiż sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent sabiex issir investigazzjoni dwar il-fastidju psikoloġiku li hu allegatament ġarrab matul il-perijodu li fih huwa kien qed jagħti servizz mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fl-Angola, kif ukoll sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata għal ħlas tad-dannu li jirriżulta minn dan l-allegat fastidju psikoloġiku.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, ir-rikorrent jsostni r-raġunijiet li ġejjin:

-    Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata u falza tal-kunċett ta' investigazzjoni skont l-Art. 17(2) tar-regoli komuni dwar l-assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatat max-xogħol tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-kunċett ta' investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk uffiċjal ta' istituzzjoni kienx ġie suġġett għal fastidju psikoloġiku.

-    Żball ta' liġi meta ġiet iddikjarata inammissibbli t-talba għall-annullament tar-rifjut tat-talba għal investigazzjoni, anki għal interpretazzjoni falza tal-kunċett ta' nuqqas ta' suġġett ta' din tal-aħħar.

-    Żball ta' liġi meta ddikjara inammissibbli r-rikors għall-annullament tar-rapport tal-IDOC, anki għan-nuqqas assolut ta' motivazzjoni, nuqqas ta' deċiżjoni fuq punt fundamentali tal-kwistjoni u applikazzjoni żbaljata għal dan il-każ tal-kunċett ta' att preparatorju.

-    Interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta' fastidju psikoloġiku, kif ukoll l-oneru tal-prova tal-fastidju psikoloġiku li huwa suġġett għalih il-vittma tal-fastidju.

-    Nuqqas assoluta ta' motivazzjoni fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet allegat ament insostenn taċ-ċaħda tat-talbiet għad-danni.

____________