Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ġunju 2008 - Hoechst vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-410/03)1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-sorbati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta' l-Artikolu 81 KE - Kalkolu ta' l-ammont tal-multi - Obbligu ta' motivazzjoni - Gravità u dewmien tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Prinċipju ta' non bis in idem - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Aċċess għall-inkartament - Tul tal-proċedura"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hoechst GmbH, li qabel kienet Hoechst AG (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: l-ewwel M. Klusmann u V. Turner, wara M. Klusmann, V. Turner u M. Rüba, u fl-aħħar M. Klusmann u V. Turner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel W. Mölls, O. Beynet u K. Mojzesowicz, wara W. Mölls u K. Mojzesowicz, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rikorrenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/493/KE, ta' l-1 ta' Ottubru 2003, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fir-rigward ta' Chisso Corporation, Daicel Chemical Industries Ltd, Hoechst AG, The Nippon Synthetic Chemical Industry Co. Ltd u Ueno Fine Chemicals Industry Ltd (każ COMP/E 1/37.370 - Sorbati) (sunt fil-ĠU L 182, p. 20), jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis ta' l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti għal livell xieraq.

Dispożittiv

1)    L-ammont tal-multa imposta fuq Hoechst GmbH huwa stabbilit għal EUR 74,25 miljun.

2)    Għall-kumplament ir-rikors huwa miċħud.

3)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 59, 6.3.2004.