Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Settembru 2008 - Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-392/03, T-408/03, T-414/03 u T-435/03)1

("Rikors għal annullament - FEŻR - Kanċellament ta' għajnuna finanzjarja - Irkupru tal-ammonti diġà mħallsa - Talbiet għal ħlas ta' interessi moratorji - Tpaċija - Entità reġjonali jew lokali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Siciliana (l-Italja) (rappreżentanti: G. Aiello u A. Cingolo, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. de March, L. Flynn u G. Wilms, aġenti, assisti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Fil-kawża T-392/03, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2003, inkwantu hija tikkonċerna l-modalitajiet ta' rkupru tal-ammonti mħallsa mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett ta' infrastruttura msejjaħ "diga fuq il-Gibbesi", kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati, fil-kawża T-408/03, talba għall-annullament tal-ittra tas-6 ta' Ottubru 2003, inkwantu hija tikkonċerna l-modalitajiet ta' rkupru tal-ammonti mħallsa mill-FEŻR għall-proġetti ta' infrastruttura msejħa "Aragona Favara" u "pjanura ta' Katanja", kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati, fosthom b'mod partikolari l-ittri tal-Kummissjoni tat-13 ta' Awwissu 2003 u tal-14 ta' Awwissu 2003, fil-kawża T-414/03, talba għall-annullament tal-ittra tas-6 ta' Ottubru 2003, inkwantu hija tikkonċerna l-modalitajiet ta' rkupru tal-ammonti mħallsa mill-FEŻR għall-proġett ta' infrastruttura msejjaħ "awtostrada Messina-Palermo", kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati, fosthom in-nota ta' debitu tal-Kummissjoni Nru 3240406591, tal-25 ta' Settembru 2002, u, fil-kawża T-435/03, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2003, relattiva għat-tpaċija bejn krediti u djun tal-Kummissjoni relatati mal-għajnuna tal-FEŻR "Porto Empedocle", "diga fuq il-Gibbesi", "awtostrada Messina-Palermo", "Aragona Favara" u "pjanura ta' Katanja", kif ukoll tal-atti preċedenti u derivati.

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

2)    Ir-Regione Siciliana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 35, 7.2.2004.