Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2012 - Alfa-Beta Vassilopoulos vs UASI - Henkel (AB terra Leaf)

(Kawża T-522/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfa-Beta Vassilopoulos SA (Gerakas Attikis, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Lymperis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall- Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Ottubru 2012 fil-Każ R 2122/2011-4 u tilqa' l-appell b'mod li ssir ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li tifforma s-suġġett tal-applikazzjoni AB TERRA LEAF (& device) Nru 8573651 għall-prodotti kollha previsti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri tal-oppożizzjoni u tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "AB terra Leaf" bl-iswed u bl-abjad, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8573651

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali Nru 33472909 "TERRA" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________