Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2012 - Recaro vs UASI - Certino Mode (RECARO)

(Kawża T-524/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Recaro Beteiligungs-GmbH (Kaiserslautern, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Certino Mode, SL (Elche, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni kkontestata sabiex l-appell imressaq mill-intervenjenti jiġi miċħud u t-trade mark Komunitarja Nru 734343 "RECARO" tkun revokata fl-intier tagħha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 1761/2011-1; u

tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti għall-ispejjeż ta' din il-proċedura u tal-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali Komunitarja RECARO, irreġistrata bin-Nru 734343, għal prodotti fil-klassijiet 10 u 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja revokata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment

Motivi invokati:

-    Ksur tal-Artikolu 51(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;

-    Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, moqri flimkien mar-regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95; u

-    Ksur tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________