Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-526/12) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Axa Versicherung AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bahr, S. Dethof u A. Malec, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rifjut ta’ aċċess għal dokumenti fil-fajl tal-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-vetturi).

Dispożittiv

1)    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.2)    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA u AGC Glass Germany GmbH.3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn AXA Versicherung AG.4)    AGC Glass Europe, AGC Automotive Europe u AGC Glass Germany għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.