Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2023 – Myforest Foods vs EUIPO (MYBACON)

(Kawża T-107/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MYBACON – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku – Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Myforest Foods Co. (Green Island, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant : P. Martini-Berthon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1201/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 134, 17.4.2023.