Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2023 – Birių Krovinių Terminalas vs Il-Kunsill

(Kawża T-287/23) 1

(“Rikors għal annullament – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u tal-involviment tal-Bjelorussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna – Projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ potassa mill-Bjelorussja – Impediment tat-tranżitu ta’ potassa, mill-Bjelorussju, fit-territorju tal-Litwanja – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Birių Krovinių Terminalas UAB (Klaipeda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Ostrovskis, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio-Tomasaz, B. Driessen u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn E. Raoult, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tal-Artikoli 2g(1) u 2g(1a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2012, L 285, p. 1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/421 tal-24 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU 2023, L 61, p. 41, rettifiki fil-ĠU 2023, L 70, p. 56 u fil-ĠU 2023, L 90, p. 66), u min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 1i u l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus (ĠU 2008, L 352M, p. 432), kif emendat bid-Deċiżjoni 2023/421, sa fejn ir-restrizzjonijiet rilevanti jipprojbixxu t-tranżitu ta’ potassa mill-Bjelorussja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika tal-Litwanja.

Birių Krovinių Terminalas UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal intervent.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.