Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2012 - Farmaceutisk Laboratorium Ferring vs UASI - Tillotts Pharma (OCTASA)

(Kawża T-501/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 1214/2011-4, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jew - fil-każ fejn il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' Appell tintervjeni insostenn tal-konvenut - tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "OCTASA", għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8169881

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Awstrijaka bir-reġistrazzjoni Nru 102370 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Ungeriża bir-reġistrazzjoni Nru 136836 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Taljana bir-reġistrazzjoni Nru 40977 C/81 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Pollakka bir-reġistrazzjoni Nru 71634 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Slovakka bir-reġistrazzjoni Nru 175482 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Svediża bir-reġistrazzjoni Nru 173377 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Franċiża bir-reġistrazzjoni Nru 1699236 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal fost oħrajn prodotti fil-klassi 5; trade mark Irlandiża bir-reġistrazzjoni Nru 107207 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Ċeka bir-reġistrazzjoni Nru 182567 għat-trade mark verbali "PENTASA", għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________