Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2012 - European Drinks vs UASI - Alexandrion Grup Romania (DRACULA BITE)

(Kawża T-496/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Drinks SA (Ştei, ir-Rumanija) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Alexandrion Grup Romania Srl (Pleasa, ir-Rumanija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta' Settembru 2012, fil-Każ R 682/2011-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur "DRACULA BITE", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 39 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7588288

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Rumena bir-reġistrazzjoni Nru 34847 għat-trade mark figurattiva "Dracula", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 33 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________