Language of document : ECLI:EU:T:2014:192





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ April 2014 –

Ferring vs UASI –Tillotts Pharma (OCTASA)

(Kawża T‑502/12)

“Trade mark Komunitarja ‑ Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OCTASA – Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti PENTASA u OCTOSTIM – Raġuni relattiva għal rifjut– Probabbiltà ta’ konfużjoni– Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23-25, 39, 69)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku – Prodotti farmaċewtiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26-28)

3.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu parzjali – Effett – Kunċett ta’ “parti biss mill-prodotti jew servizziˮ koperti mir-reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 29)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali OCTASA – Trade marks verbali PENTASA u OCTOSTIM (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 36, 71, 72)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring BV u Tillotts Pharma AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011‑4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring BV.

3)

Tillotts Pharma AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring.